Napoli bidlu l-isem tal-grawnd tagħhom minn Stadio San Paolo għal Stadio Diego Armadno Maradona ftit jiem wara li tħabbret il-mewt ta’ Maradona kawża ta’ attakk f’qalbu fl-età ta’ 60 sena.
Fil-ġurnata li miet Maradona, is-Sindku ta’ Napoli, Luigi de Magistris qal li propona biex l-istadium ta’ Napoli jkun imsemmi għal Maradona, b’ din il-propost tkun approvata mill-Komun ta’ Napoli b’mod unanimu.
Maradona huwa meqjus bħala simbolu f’Napoli għal karriera eċċellenti li kellu mal-klabb fejn għen lil Napoli jirbħu żewġ kampjonati.
//= $special ?>