Lokali

Nhar il-Ħadd li ġej; il-Maratona tal-PN

Il-Ħadd li ġej, fis-Sala tad-Dar Ċentrali, se tittella’ l-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista.

Dwar l-importanza ta’ din il-Maratona, tkellem is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech meta kien intervistat fil-programm NETLIVE. Hu saħaq fuq l-importanza ta’ maratoni bħal dawn u fuq l-importanza “tal-ftit m’għand il-ħafna.”

Ix-xandira diretta fuq Net Television se tibda fis-2pm u tibqa’ għaddejja sal-11pm. Waqt il-programm Net Live, tkellem ukoll it-Teżorrier Mario Ellul li għalih din se tkun l-ewwel maratona f’din il-kariga. Għal din l-okkażjoni, qed jitħejjew logħob u divertiment li żgur se jogħġbu lill-membri kollha tal-familja waqt.

Matul ix-xandira ma jonqsux ukoll għadd kbir ta’ rigali, li se jkunu qed jittellgħu minn ħin għall-ieħor minn fost dawk li jkunu taw donazzjoni – bit-telefon jew billi jżur personalment id-Dar Ċentrali. Fid-daħla tal-binja, wieħed se jkun jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll jittessera jew iġedded it-tessera tiegħu fi stands li se jittellgħu għal tal-apposta.

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed tara li jkunu segwiti r-regolamenti kollha marbuta mal-pandemija tal-Coronavirus fil-każ tal-persuni li l-Ħadd iżuru d-Dar Ċentrali.