Lokali

Sejħa għal proposti biex isir mafkar f’ġieħ Oliver Friggieri

Heritage Malta ħarġet sejħa għal proposti għal disinn ta’ mafkar f’ġieħ il-ġgant tal-letteratura Maltija, il-Professur Oliver Friggieri.

Permezz ta’ din is-sejħa, artisti interessati qed jiġu mistiedna jissottomettu disinn ta’ mafkar figurattiv tal-bronż li jonora l-memorja tal-Professur Friggieri. Il-mafkar għandu jiġi inawgurat f’Novembru 2021, meta tkun għaddiet sena mill-mewt tal-Professur Friggieri.

L-istil tal-iskultura figurattiva se jitħalla fil-prerogattiva tal-artist. In-nefqa indikata għad-disinn u l-bini tal-mafkar hija ta’ madwar €100,000.