Futbol Sport

Yuri Messais l-eroj għal Gudja bi tliet gowls

(Ritratt: Dominic Aquilina/ MFA)

Jordi Farrugia

Gudja U……………………….3

Balzan………………………….2

Gudja U: G. Zammit, Y. Messaias (T. Vella 86’), A. Friggieri (J. Farrugia 78’), L. Cremona, G. Mensah (A. Caseres 86’), I. Gonzalez, G. Adamovic (N. Micallef 17’), J. Bolanos, J. Grioli, D. Camilleri, P. Silva

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab, P. Fenech (N. Fenech 84)’, R. Mc Woods, S. Pisani, S. Bezzina (A. Effiong 72’), U. Ljubomirac, S. Dimic, S. Cipriott (P. Mota 65’), M. Kamara (Z. Grech 84’)

Referee: D. Portelli

Assistent referees: L. Portelli, T. Debono

Ikompli l-istaġun pożittiv ta’ Gudja United fejn fit-tieni partita li kellna llejla fis-Centenary Stadium għelbu lil Balzan 3-2. Kienu Gudja United fetħu tajjeb u wara ftit aktar minn minuta, YURI MESSAIS fajjar xutt minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lil Vukasin Vranes biex għamilhom 1-0. Balzan irrispondew u rreaġixxew b’mod tajjeb wara dan il-gowl u kien propju ħames minuti wara meta minn pass ta’ Paul Fenech kien UROS LJUBOMIRAC li kkonkluda fil-baxx għal wara Zammit minn pożizzjoni angolata. Il-kumplament tal-ewwel taqsima, kien iddominat minn Balzan fejn iddominaw il-pussess u kien fit-35 minuta li impenjaw lil Zammit b’xutt angolat ta’ Mc Woods li salva b’mod tajjeb, iżda kienu Gudja iżda li reġgħu marru fil-vantaġġ fit-42 minuta permezz ta’ YURI MESSAIS, meta wara li qabeż plejer ta’ Balzan, minn pożizzjoni simili tal-ewwel gowl fajjar xutt fir-rokna tax-xibka biex għamilhom 2-0.

Balzan ħarġu aktar offensivi fit-tieni taqsima biex ifittxu l-gowl tad-draw u resqu qrib fis-46 minuta meta minn cross ta’ Ljubomirac, kien Paul Fenech li ra t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni tajba jgħaddi għoli. Balzan kien għal darb’oħra perikolużi min naħa tal-lemin fit-52 minuta meta l-cross ta Ljubomirac, sab lil Dimic fil-kaxxa bid-daqqa ta’ ras tiegħu tkun mtajjra fil-ħin minn fuq il-linja mid-difensur ta’ Gudja Juan Bolanos.

JURI MESSAIS skorja l-hat-trick personali u t-tielet gowl ta’ gudja fis-56 minuta meta minn azzjoni tajba maħduma fuq il-lemin bejn Cremona u Grioli, l-cross ta’ dan tal-aħħar sab lill-attakkant Brażiljan li mill-viċin b’mod akrobatiku xeħet ġewwa għal 3-1.

Balzan kellhom opportunitá li jidħlu fil-partita fl-64 minuta meta minn pass tajjeb, il-konklużjoni ta’ Pisani għaddiet ftit għoli.  Fis-77 minuta, Zammit kien kruċjali fil-ħarġa tiegħu biex jimblokka t-tentattiv ta’ Mc Woods li daħal waħdu fil-kaxxa. Balzan naqqasu l-iskor fit-93 minuta permezz ta’ konklużjoni fil-baxx tas-sostitut Alfred Effiong. Din kienet is-sitt partita ta’ Balzan mingħajr rebħa u b’hekk baqgħu fl-għaxar post bi ħdax il-punt b’ċans li sa tmiem din il-ġurnata jinqabżu minn xi timijiet u jispiċċaw fiż-żona l-ħamra. Għal Gudja jkompli l-istaġun mill-aqwa li kellhom fejn issa telgħu bi 17 –il punt daqs Hibernians, bit-tim ta’ Raħal Ġdid jilgħab għada kontra Santa Lucia.