Fil-5 ta’ Dicembru ta’ l-1986, 34 sena ilu, seħħ il-qtil politiku ta’ Raymond Caruana fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja.
Raymond Caruana…li jibqa’ maghruf bħala l-martri tal-liberta’….kien inqatel tard bil-lejl b’tiri ta’ sub machine gun sparati minn karozza li nstaqet quddiem il-każin Nazzjonalista, li kien se jinfetaħ uffiċjalment ftit tal-jiem wara.
Biex jitfakkar l-anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana, saret quddiesa kif ukoll it-tqegħid tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana fiċ-ċimiterju tal-Gudja – preżenti l-Kap tal-PN Bernard Grech u t-tmexxija tal-partit.

34 sena ilu, Raymond Caruana kien fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja flimkien ma’ shabu biex ihejju ghall-ftuh tal-Każin. Minn quddiem il-bieb tal-Kazin, fl-11:15pm ghaddiet karrozza li minnha kienu sprati tiri lejn il-bieb tal-kazin li dak il-ħin kien miftuħ u bid-dawl mixgħul fuq ġewwa.
Wiehed mit-tiri daħal mill-antiporta tal-bieb tal-kazin u laqat lil Raymond Caruana. Raymond Caruana miet fil-post. Il-kaz ta’ Raymond Caruana kien il-qofol ta’ epoka ta’ vjolenza politika tas-snin tmenin.
Ħamest ijiem qabel, fit-30 ta’ Novembru, f’Tal-Barrani kien hemm inċidenti vjolenti kontra partitarji Nazzjonalisti, meta partitarji Laburisti ma kinux hallew li jsir meeting tal-PN fiz-Zejtun.
L-ghada carcade ta’ partitarji Laburisti kienu sparaw fuq il-kazin Nazzjonalista ta’ Hal-Tarxien b’sub-machine gun, li ntuża wkoll fid-delitt ta’ Raymond Caruana. Dan il-kapitlu iswed fl-istorja politika tal-pajjiz ingħalaq bi frame-up fuq Pietru Pawl Busuttil, li kien tressaq il-Qorti dwar dan il-każ bl-iskop li min kien verament ħati ma jinqabadx. Eventwalment Pietru Pawl Busuttil kien liberat minn kull akkuża.
//= $special ?>