Chelsea telgħu temporanjament fil-quċċata tal-klassifika meta fi Stamford Bridge għelbu 3-1 lil Leeds United. Kienu Leeds li marru fil-vantaġġ wara erba’ minuti permezz ta’ Patrick Bamford. Olivier Giroud ġab l-iskor indaqs fis-27 minuta b’konkluzjoni mill-vicin biex Kurt Zouma b’daqqa ta’ ras għamilhom 2-1 fil-61 minuta. Chelsea aċċertaw mit-tliet punti fit-93 minuta permezz ta’ Christian Pulisic.
PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: Aston Villa v Newcastle posp. Illum: Burnley v Everton 1-1, Man City v Fulham 2-0, West Ham v Man Utd 1-3, Chelsea v Leeds 3-1 Għada: WBA v C. Palace 1.00pm, Sheff. Utd v Leicester 3.15pm, Tottenham v Arsenal 5.30pm, Liverpool v Wolves 8.15pm It-Tnejn: Brighton v Southampton 9.00pm