Lokali

“Daphne Caruana Galizia mhux it-tarġa waqgħet” – Andrew Azzopardi

Wara li l-Kurunell Alex Dalli qal li l-agħar ħaġa li jista’ jiġrilu ġurnalist hu li jaqa’ minn tarġa, waqt li kien intervistat mill-ġurnalist Mark Laurence Zammit, kienu bosta li kkritikaw bl-aħrax il-kliem dispjreġġjattiv tiegħu fil-konfront tal-ġurnalisti, fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, li esprima solidarjeta mal-ġurnalisti u l-ħaddiema fil-Ħabs.

Id-dikjarazzjoni tad-Direttur tal-Ħabs,  li wara l-baraxx ta’ kritika li qala’ spiċċa għamel speċi ta’ apoloġija, sab ukoll il-kritika ta’ Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.

“HU TALAB GĦAL APOLOĠIJA, ISSA BIEX INKUNU GĦIDNA KOLLOX L-AĠOLOĠIJI JRIDU FTIT STONKU WKOLL SAKEMM MA ĠGĦELUHX, GĦAX JIEN NAĦSEB ĠGĦELUH

B’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ Dalli, Azzopardi fakkar dwar l-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn qal li l-ġurnalista mhux il-bankina waqgħet.

“DAPHNE CARUANA GALIZIA MHUX IT-TARAĠ WAQGĦET. NIFTAKRU KIF KIENU TTRATTATI L-ĠURNALISTI FIT-TMENINIJIET META KIENU JIPPRUVAW JIRRAPURTAW JEW JIEĦDU R-RITRATTI. IL-ĠURNALISTA QEGĦDIN ‘IN THE LINE OF FIRE

Andrew Azzopardi qal li allaħares inċekknu x-xogħol tal-ġurnalisti, għaliex kieku ma kienx għall-ġurnalisti min kien se jirrapporta dwar skandli u dwar nuqqas ta’ Governanza tajba li kien hemm.

Id-Dekan qal li meta min qed imexxi jidħol bejn l-istituzzjoni u min qed jixtarr l-operat ta’ dik l-istituzzjoni, ikun hemm problema kbira, b’referenza għall-mod kif il-Ministru Byron Camilleri qed ikollu joħroġ għonqu biex jiddefendi lil Alex Dalli.

“GĦALFEJN QED JISPIĊĊA JKOLLU JIDDEFENDIH? HE IS SIMPLY RISKING BEING COMPROMISED.

Hu tkellem ukoll dwar il-ħafna problemi li għad hemm fil-Faċilità Korrettiva, fosthom l-iffullar u d-dewmien fis-sentenzi.

“JIEN GĦANDI PROBLEMA LI F’ĊELLA TA’ PERSUNA JORQDU 4 MINN NIES, JEW LI NOFS IL-PRIĠUNIERI HUMA NIES LI GĦADHOM QED JISTENNEW LI TINQATALHOM IS-SENTENZA. MA NISTENNIEX LI JOĦORĠU PERSUNI AKKUŻATI B’REATI SERJI FUQ PLEDGE. IMMA NOFSHOM ALLURA? 400? GĦAX HEKK QALLI L-ĦABIB TIEGĦI IL-KURUNELL DALLI. DAWN IN-NUMRI LI QALLI L-ĦABIB TIEGĦI

Andrew Azzopardi saħaq dwar il-ħtieġa tat-tagging u l-possibiltà li priġunieri jiskontaw iż-żmien tagħhom f’servizzi lill-komunità.