Lokali

“Id-donazzjonijiet tal-ftit jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ ħafna” – Francis Zammit Dimech

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-poplu fil-Maratona tal-Ħadd se jkomplu jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jaħdem biex jissaħħaħ.

L-armar tas-sala

B’din il-Maratona, il-Partit Nazzjonalista jrid jipprova jnaqqas l-iżvantaġġ li għandu fil-konfront tal-Partit Laburista, li kif tela’ fil-Gvern ivvantaġġja lilu nnifsu minn flus il-poplu, bħalma għamel bl-Australia Hall, fost l-oħrajn.

Francis Zammit Dimech fuq Net FM

Kliem is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, waqt intervent fuq NET FM, fejn spjega wkoll fhiex tissarraf donazzjoni f’din il-Maratona.

INTI META TAGĦTI DONAZZJONI M’GĦANDEKX TAGĦMILHA BĦALA INVESTIMENT FINANZJARJU. INTI TRID TAGĦMEL DONAZZJONI FAVUR IL-PARTIT NAZZJONALISTA GĦALIEX TEMMEN LI DAN IL-PARTIT JIRRAPPREŻENTA IL-VALURI TIEGĦEK. TAGĦMILHA GĦALIEX TEMMEN LI D-DEMOKRAZIJA F’PAJJIŻNA TEĦTIEĠ LI L-PARTIT NAZZJONALISTA JKUN MILL-ĠDID PARTIT B’SAĦTU U GĦALIEX TRID LI L-PARTIT NAZZJONALISTA JKUN IT-TARKA TAL-VERITÀ.

Francis Zammit Dimech qal li qagħda finanzjarja aktar soda tissarraf ukoll f’investiment biex jitwassal b’mod aktar ċar il-messaġġ tal-Partit.

ALLURA AĦNA RRIDU LI NSAĦĦU L-MEDIA TAGĦNA, IR-RADJU TAGĦNA NET FM, NET TELEVISION, IL-GAZZETTI IN-NAZZJON U IL-MUMENT. U ALLURA BIEX IL-MESSAĠĠ TAGĦNA JASAL, IRRIDU NINVESTU FIH 

Kompla li l-Partit Nazzjonalista beda jagħmel passi ‘l quddiem, iżda rridu nżommu saqajna mal-art.

IRRIDU NĦARSU LEJN IL-PARTIT  BĦALA L-MEZZ LI NSAĦĦU D-DEMOKRAZIJA F’MALTA, BĦALA L-MEZZ LI PERMEZZ TIEGĦU INKOMPLU L-ĠLIEDA TAGĦHA BĦALL-VERITÀ UL -ĠUSTIZZJA

Is-Segretarju Ġenerali qal li min jagħti donazzjoni mhux biss ikun qed jgħin lill-Partit, iżda wkoll lil pajjiżna, b’Partit Nazzjonalista b’saħħtu ħalli jkun Gvern Alternattiv għall-Gvern Laburista preżenti.