Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’laqgħa mal-Isqof t’Għawdex

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illejla kellu laqgħa mal-Isqof ġdid t’Għawdex Anton Teuma.

Bernard Grech qal li kien ta’ pjaċir għalih li jiltaqa’ mal-Eċċellenza tiegħu Dun Anton Teuma fejn flimkien tkellmu dwar l-ewwel xhur ta’ ħidma fl-irwoli rispettivi tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li apprezza ferm il-messaġġ li għaddielu l-Isqof favur il-familja. Bernard Grech qal li jinsab kommess li bħala Partit naħdmu favur soċjetà aktar ġusta fejn il-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-ħidma u l-politika li nħaddnu.