Il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia waħħal fil-poplu fil-mod kif jiġi mmaniġġjat l-iskart.
Għax minflok ma ammetta l-inkompetenza fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Ministeru mmexxi minnu, hu qal li mal-poplu, “l-edukazzjoni mhux biżżejjed”.
Il-Ministru Farrugia għamel din l-istqarrija matul konferenza tal-aħbarijiet, li matulha nieda skema li suppost se tagħti qabża ‘l quddiem fis-settur tal-ġbir tal-iskart.
Skema riċiklata u li tfakkar fl-iskemi preċedenti, bħal “Sort it Out” u “Don’t waste Waste”, li għalihom, hu stmat li ntefqu madwar €30 miljun.
Il-Ministru tal-Ambjent waħħal fil-poplu, iżda ma ammettiex li – minkejja l-isforzi kollha ta’ kulħadd – l-iskart miġbur xorta kien qed jitħallat ladarba jinġabar.
Kien NET News li, fi Frar li għadda, żvela kif eventwalment, l-iskart mhux qed jibqa’ separat. Iżda minkejja l-filmati li konna xandarna, il-Ministru tal-Ambjent qal li dan ma kienx minnu.
Iżda l-verità hi li fl-okkażjoni li rreferiena għaliha l-Ministru, hu stess kien ammetta li l-iskart qed jitħallat fil-miżbla. U minkejja din il-konferma, il-Ministru jibqa’ jgħid li l-poplu ma tgħallimx u għalhekk hemm bżonn li jiħraxu l-azzjonijiet ta’ infurzar.
Qal li dan se jkun possibbli, fost l-oħrajn, bl-użu ta’ boroż trasparenti biex l-Uffiċjali responsabbli jkunu jistgħu jaraw aħjar x’hemm fil-boroż.
//= $special ?>