Futbol Sport

Inter iżidu l-pressjoni fuq Milan

(Ritratt: EPA)

Inter żammew il-pressjoni fuq Milan meta fi Stadio San Siro għelbu lil Bologna 3-1. Romelu Lukaku fetaħ l-iskor wara 16 -il minuta, b’Achraf Hakimi jirdoppja ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Bologna naqqsu l-iskor fi-67 minuta b’konkluzjoni mill-viċin ta’ Emanuel Vignato biex reġa’ kien Hakimi li għamilhom 3-1 fis-70 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa.

SERIE A

Illum: Spezia v Lazio 1-2, Juventus v Torino 2-1, Inter v Bologna 3-1 Ilbieraħ: Verona v Cagliari 12.30pm, Parma v Benevento 3.00pm, Roma v Sassuolo 3.00pm, Udinese v Atalanta 3.00pm, Crotone v Napoli 6.00pm, Sampdoria v Milan 8.45pm It-Tnejn: Fiorentina v Genoa 8.45pm