Futbol Sport

Juventus b’rebħa fid-derby ta’ Turin

(Ritratt: EPA)

Juventus skorjaw darbtejn fl-aħħar 12 –il minuta biex rebħu 2-1 kontra Torino wara li marru 1-0 minn taħt kmieni fil-partita. NICOLAS N’KOULOU tefa’ lil Torino fil-vantaġġ wara disa’ minuti. Fis-57 minuta, Juventus kellhom gowl ta’ Cuadrado mħassar għall-offside. Ir-rimonta ta’ Juventus bdiet fit-78 minuta meta WESTON MCKENNIE ġab l-iskor indaqs permezz ta’ daqqa ta’ ras biex fid-89 minuta, LEONARDO BONUCCI għamilhom 2-1 fid-89 minuta. Lejn it-tmiem Juventus spiċċaw il-partita b’għaxar plejers meta tkeċċa Carlo Pinsoglio.


Lazio wkoll kisbu rebħa importanti meta għelbu lil Spezia 2-1. CIRO IMMOBILE fetaħ l-iskor wara kwarta logħob biex SERGEJ MILINKOVIC – SAVIC irdoppja bi freekick mill-isbaħ. M’BALA NZOLA naqqas l-iskor għal Spezia fl-64 minuta.