Lokali

Ma nħallu lil ħadd jagħmel mill-politika, politika tribali u partiġġjana – Bernard Grech

Il-qtil ta’ Raymond Caruana jibqa’ weġgħa għall-familja tiegħu u għall-familja Nazzjonalista, kif ukoll tebgħa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Hemm bżonn li bħala poplu, u aħna l-politiċi, nibqgħu ta’ kuljum inwegħdu li ma nħallu lil ħadd jagħmel mill-politika, politika tribali u partiġġjana.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, fit-tifkira tal-34 anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana, fejn kompla li hu biss jekk inneħħu l-politika tribali u partiġġjana li nistgħu nimxu ‘l quddiem bħala poplu wieħed u magħqud.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ngħaqad fit-tifkira għall-Martri tal-Libertà billi poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-qabar tiegħu fiċ-Ċimiterju tal-Gudja u anke billi attenda għal Quddiesa fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja, li saret b’suffraġju għal ruħu.

Raymond Caruana nqatel fil-5 ta’ Diċembru 1986 b’tiri li ġew sparati lejn il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja.