Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’ħabta fix-Xewkija

Mara ta’ 82 sena residenti x-Xewkija Għawdex sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija stess.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.15p.m fi Triq San Bert.

Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza BMW misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti n-Nadur u l-mara ta’ 82 sena li kienet qed issuq vettura tal-għamla Maruti.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li ngħatat l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku, fejn iktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.

Ikkummenta