Futbol Sport

Sirens jaħsdu lil Gżira United

Matthias Mizzi

Sirens.………………..1

Gżira United……….0

Sirens: M. Montfort, R. Grech, R. Dos Anjos, M. Maia (’72 R. Scicluna) , W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, T. Agius, M. Bustos, T. Espindola

Gżira United: J. Haber, S. Borg, N. Muscat, C. Borg ( ’62 K. Hamed), C. Escobar, D. Xuereb (’85 N. Portelli), J. Mendoza, R. Correa, R. Correa (’78 O. Elouni), S. Borg, J.De Assis, R.  Sona

Imwissija: ’45 M. Maxuell (SIR), ’59 S. Borg (GŻR), R. Sona (GŻR), ’88 R. Scicluna (SIR)

Skorjaw:  SIR: ’41 M. Maxuell

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Christopher Francalanza

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Goal ta’ Maxuell Maia fl-ewwel taqsima jikkastiga lil Gżira United u jagħti rebħa importanti oħra lil Sirens. Minkejja l-goal kmieni Gżira United ftit li xejn kienu perikolużi fejn saħansitra kienu sfortunati li tilfu penalty.

Qabel dan il-konfront, Sirens kienu ġejjin minn żewġ riżultati pożittivi oħra, rebħa fuq Hibernians fl-aħħar konfront u draw kontra Valletta. Madankollu, l-avversarji tagħhom Gżira niżlu determinati li jakkwistaw it-tliet punti wara li l-ġimgħa l-oħra waqqgħu l-punti kontra St. Lucia. F’taqsima għal kollox kwieta u bbilanċjata, Gżira marru qrib minn free-kick mill-bogħod mal-għaxar minuti logħob.

Wara 41 minuta mingħajr azzjonijiet perikolużi, Sirens fetħu l-iskor wara li Maia Maxuell żmarka d-difiża waqt ‘throw-in’ mogħti fil-kaxxa u mill-qrib għeleb lil Justin Haber. Għaxar minuti minn ftuħ it-tieni taqsima u azzjoni personali ta’ Terence Agius kienet ta’ periklu għall-avversarji.

Mas-siegħalogħob Jefferson De Assis kontroversjalment deher jaqa’ fil-kaxxa biex ir-referee inkarigat Philip Farrugia saffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru l-plejer inkarigat Riccardo Correa falla wara save stupend minn Miguel Montfort.

63 minuta logħob u Wilfred Domoraud laqat il-wieqfa b’xutt spettakolari barra ‘l kaxxa. Gżira United komplew jippersistu fl-attakki tagħhom fl-aħħar minuti tal-partita madankollu ma mmaterjalizzaw f’xejn biex Sirens ħarġu bit-tliet punti minn dan il-konfront.