Żejtun C…………………….2
Sliema W……………………4
Żejtun C: I. Kone (C. Cassar 80’), M. Lucao, A. Carabott, K. Reid, M. Pereira (G. Bugeja 77’), C. Grech, V. Vitor, E. Herrera (G. Azzopardi 77’), N. Tabone, R. De Fex (D. Agius 77’), A. De Barros
Sliema W: J. Galea, K. Shaw, R. Gilmar (A. Milesi 88’), J. Cisotti, P. Denislon, G. Aquilina (E. Agius 88’), R. Kakinuma (J. Mintoff 80’), O. Linton, J.P Farrugia (S. Comvalius 68’), M. Beerman, D. Vukovic
Referee: A. Johnson
Assitent referees: E. Spiteri, J. Spiteri
Sliema Wanderers saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika wara ż-żelqiet ta’ Gżira u Ħamrun meta għelbu lil Żejtun Corinthians 4-2.
JURI CISOTTI fetaħ l-iskor għal Sliema wara biss seba’ minuti. ADRIAN CARABOTT ġab l-iskor indaqs fl-24 minuta b’GILMAR RIBEIRO jerġa’ jitfa’ lil Sliema fil-vantaġġ disa’ minuti wara. Żejtun ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw fit-tieni taqsima u mas-siegħa logħob ġabu l-iskor indaqs b’konklużjoni mill-viċin ta’ CARABOTT. OSCAR LINTON għamilhom 3-2 fid-69 minuta b’konklużjoni b’saħħitha minn nofs il-kaxxa.
Żejtun spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta l-gowlkiper Ibrahim Kone f’tentattiv li jwaqqaf l-attakkant ta’ Sliema, waqqgħu barra l-kaxxa bir-referee ma jkollux għażla oħra u jurih il-karta l-ħamr wara li kien l-aħħar raġel fid-difiża ta’ Żejtun.
Sliema approfittaw minn dan u fil-85 minuta aċċertaw mit-tliet punti permezz ta’ daqqa’ ta’ ras ta’ LUKE SHAW u b’hekk fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Ħamrun Spartans wara li fi tmiem il-ġimgħa ġew draw ta’ 2-2 kontra Lija. B’din it-telfa Żejtun niżlu mal-aħħar erba’ timijiet fil-klassifika b’disa’ punti.