Futbol Sport

Tripletta ta’ Laukzemis tagħti rebħa lil Hibernians fid-derby tan-nofsinhar

Rowen Camilleri

STA. LUCIA……….0

HIBERNIANS…….3

Sta. Lucia: C. Farrugia, T. T. Desira, A. Rodrigues, I. Duarte (A. Vella 72’), K. Correa, A. M. Overend (K. Xuereb 59’), G. De Araujo, A. Souza, L. Filho, J. Zerafa, R. Tachikawa (M. Camilleri 26’)

Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida, A. Attard, J. Grech (D. Vella 76’), B. Kristensen (E. Uzeh 82’), G. Artiles (Z. Grech 76’), S. Shodija, A. Agius, W. Texeira (R. Winchester 65’), K, Laukzemis (J. Degabriele 76’)

Imwissija: J. Zerafa 32’ (Sl), J. Grech 46’(H)

Tkeċċa: J. Zerafa 55’ (Sl)

Skorjaw: K. Laukzemis 37’, 47’, 73’ (H)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Roberto Vella u Duncan Sultana

Il-Mument Plejer tal-logħba: Karolis Laukzemis (Hibernians)

BOV Plejer tal-logħba: Karolis Laukzemis (Hibernians)

Hibernians irritornaw għar-rebħ meta fid-derby tan-nofsinhar huma għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Kienet logħba li Hibernians għarfu jamministraw tajjeb sa mill-bidu nett bit-tim ta’ Santa Lucia ftit tħalla jagħmel reazzjoni speċjalment wara li fil-55 minuta spiċċaw b’għaxra minn nies.

Fit-12-il minuta kross tajjeb ta’ Texeira fid-direzzjoni ta’ Shodija iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar ġie milqugħ tajjeb minn Farrugia. Fl-20 minuta Hibernians ingħataw free-kick li nkariga minnu Andrei Agius bix-xutt ċentrali tiegħu jkun mtajjar b’diffikultà minn Christopher Farrugia. Hibernians baqgħu jinsistu u fil-31 minuta Laukzemis ġab lil Artiles prattikament waħdu iżda l-konklużżjoni tal-Ispanjol marret barra. Fis-37 minuta Hibernians marru fil-vantaġġ meta Shodija tefa’ kross mil-lemin li sab lill-KAROLIS LAUKZEMIS żmarkat għal kollox li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Farrugia. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima reġgħu kienu Hibernians li marru viċin meta l-captain Kristensen approfita minn żball tad-difiża ta’ Santa Lucia u qassam lejn Texeira b’dan tal-aħħar jqassam lejn Laukzemis iżda l-konklużżjoni tal-plejer mill-Litwanja tkun milqugħa tajjeb ħafna minn Farrugia.

Hibernians ma setax kellhom bidu aħjar fit-tieni taqsima hekk kif wara biss żewġ minuti rduppjaw. Kien Artiles li avvanza u ta l-quddiem lejn KAROLIS LAUKZEMIS li wara li għamel żewġ passi tefa’ l-ballun wara Farrugia għat-tieni gowl tiegħu personali f’din il-logħba. Fil-55 minuta l-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għat-tim ta’ Oliver Spiteri hekk kif għalihom tkeċċa Jamie Zerafa wara li ntwera t-tieni karta safra għal foul fuq Izquier Artiles. KAROLIS LAUKZEMIS jgħaqqad tripletta personali meta b’lasta vojta ma’ żbaljax wara li rċieva kross preċiż mingħand Jake Grech.