Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jirbaħ il-Pole Position fil-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni Grand Prix konsekuttiv li qed isir fil-Bahrain, is-sewwieq ta’ Mercedes, Valtteri bottas kiseb il-Pole Position biex se jkun qiegħed jibda fuq quddiem nett. Warajh daħal George Russell li fl-aħħar jiem ħa tempornajament ħa post ma’ Mercedes, iċ-champion tad-dinja Lewis Hamilton li aktar kmieni din il-ġimgħa ħareġ pożittiv għall-coronaivrus.

Fit-tielet post se jkun qiegħed jibda s-sewwieq ta’ Red Bull Max verstappen u se jkun segwit mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclers. Sergio Perez ta’ Racing Point u Daniil Kvyat ta’ Alpha Tauri se jkun qed jibdew mill-ħames u mis-sitt post rispettivament filwaqt li Daniel Ricciardo se jkun qed jibda mis-seba’ post. Carlos Sainz ta’ Mc Laren u Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri se jibdew mit-tmien u d-disa’ post filwaqt li l-Kanadiż Lance Stroll se jibda mill-għaxar pożizzjoni. It-tellieq ta’ llejla tibda fis-6.10pm ħin ta’ Malta.

Kif se jibdew: 1 V. Bottas, 2 G. Russell, 3 M. Verstappen, 4 C. Leclerc, 5 S. Perez, 6 D. Kvyat ,7 D. Ricciardo, 8 C. Sainz, 9 P. Gasly, 10 L. Stroll, 11 E. Ocon, 12 A. Albon, 13 S. Vettel, 14 A. Giovinazzi, 15 L. Norris, 16 K. Magnussen, 17 N. Latifi, 18 J. Aitken, 19 K. Raikkonen, 20 P. Fittipaldi