Futbol Sport

Erba’ rebħiet għal Noel Baldacchino

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Antoine Du Bourg u Nelle Atticus Jake rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil u għamlu parti mis-47 laqgħa tal-istaġun fuq ħdax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza ta’ mil. Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq b’erba’ rebħiet.

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Hawnhekk Sangria Knight (Paul Galea) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ zgħir minn Again Madrik (Wayne Farrugia) u Auteur (Kurt Saliba). Madankollu madwar 300m mit-tmiem Sangria Knight beda jnaqqas mill-giri u dlonk inqabeż fl-aħħar metri minn Antoine Du Bourg (Rodney Gatt) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta bi ftit minn Bara Min (Redent Magro) u Again Madrik. Sangria Knight kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. Ta’ min wieħed jinnota li r-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.13” fil-kilometru.

Fit-tieni tiġrija, tal-aqwa klassi, Nelle Atticus Jake (Noel Baldacchino) ħalla kollox għad-dritta finali u attakka min naħa ta’ ġewwa. Hu rnexxilu jtemm rebbieħ bi ftit minn Tack Wee (Jonathan Farrugia) u Viking Dream (Brian Hili). Axel Tilly (Marco Debono) temm fir-raba’ pożizzjoni. Nelle Atticus Jake ħa wkoll l-ewwel rebħa f’Malta f’medja ta’ 1.13.7” fil-kilometru.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) Hin – 2.04.8” (1.16.3”) 2. Casper Du Valo (N. Barbara) 3. High Handed (C. Camilleri) 4. Cullinan Diamond (T. Demanuele)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Fan De L’Iton (J. Attard) Ħin – 2.03.8” (1.15.5”) 2. Alfa Dream (R. Gatt) 3. Easy Sam (C. Camilleri) 4. Alsace In (J. Zammit)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Dicsou Montaval (N. Barbara) Ħin – 2.04” (1.15.7”) 2. Takinou d’Axel (P. Galea) 3. Udjayin (A. Cassar) 4. Baron De Neuillac (D. Casha)

IV Tiġrija. Klassi Siver. Dist – 1640m. 1. Look Twice (K. Galea) Ħin – 2.02.6” (1.14.8”) 2. Kirby Sanna (J. Vassallo) 3. Baud Breton (C. Agius) 4. Blue Night (R. Schembri)

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1.  Doneisdone (N. Baldacchino) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Sonny Bull (M. Bonnici) 3. Vasco Dairpet (P. Galea) 4. Sabacan Savage (C. Calleja)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Carabin d’Urzy (O. Cauchi) Ħin – 2.02” (1.14.7”) 2. Bougnat (N. Baldacchino) 3. Oliwer Hip (C. Calleja) 4. Bon Vent (R. Gatt)

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Irena Palema (R. Gatt) Ħin – 2.04.9” (1.16.1”) 2. Mundus L.N. (N. Baldacchino) 3. Black Is Black (V. Ghigo) 4. Trytocatchme (M. Debattista)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Gatt) Ħin – 1.59.6” (1.13”) 2. Bara Min (R. Magro) 3. Again Madrik (W. Farrugia) 4. Sangria Knight (P. Galea)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Let It Be Me Tooma (N. Baldacchino) Ħin – 2.02” (1.14.4”) 2. Aristote Gede (C. Camilleri) 3. Armani S (J. Gafa’) 4. Prinsen One (M. Farrugia)

X Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Nelle Atticus Jake (N. Baldacchino) Ħin – 2.00” (1.13.7”) 2. Tack Wee (J. Farrugia) 3. Viking Dream (B. Hili) 4. Axel Tilly (M. Debono)

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Ellipsis AM (R. Gatt) Ħin – 2.01.5” (1.14.1”) 2. Secret Avenue (N. Baldacchino) 3. Bright De Banville (Ch. Vassallo) 4. Tyra I.H. (P. Galea)