Futbol Sport

Floriana jiddominaw u jegħlbu lil Valletta b’mod konvinċenti

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matteo Grima

Valletta ……….0

Floriana………..3

Il-partita li kulħadd ikun qiegħed jistenna bejn Valletta u Floriana spiċċat f’rebħa dominanti ta’ Floriana biex b’hekk issa Floriana jitilgħu fis-7 post tal-klassifika bi 3 punti fuq l-istess Valletta minkejja li l-greens lagħbu logħba inqas.

Valletta: Y.Cini, J.Caruana (C) (L.Aguirre 46’), T.Caruana (R.Tonna 84’), S.Malano, S.Dimech (R.Fenech 70’), E.Pena Beltre (R.Camilleri 10’), J.Zerafa, E.Sala, M.Angel Alba (I.Micallef 84’), M.Jovanovic, M.Fontanella.

Floriana: I.Akpan, E.Ruiz, N,Leone (J.Busuttil 67’), K.Keqi, J.Arias (D.Agius 90’), B.Paiber (A.Garzia 90), J.Pisani, M.Garcia, M.Dias (A.Cini 81’), R.Camenzuli, T.Fonseca.

Skurjaw: K.keqi (2), J.Arias (Kollha F)

Imwissija: L.Nicola (F), M.Jovanovic (V), M.Angel Alba (V), J.Zerafa (V),

Imkeċċija: J.Zerafa (V)

Referee: Matthew De Gabriele

Plejer tal-Logħba: Kristian Keqi

Floriana jaħsdu lil Valletta wara 3 minuti logħob

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota kienet għal Floriana li minn azzjoni ta’ free-kick ta’ Valletta ħarġu b’kontra attak fejn Paiber b’pass mill-isbaħ sab lil Keqi li minn quddiem il-lasta ra lil Cini isalva b’siequ.

Valletta jibdew jagħfsu

Valletta kellhom l-ewwel xutt lejn il-lasti mal-kwarta logħob meta Zerafa ittanta xortiħ mill-bogħod wara li Akpan deher li kien barra minn postu. Madankollu, listess Akpan irnexxielu jdawwar tajjeb għal korner.

Ftit wara, Zerafa rerġa’ kien perikoluż meta kross fill-kaxxa kien interċettat minn Akpan, bil-ballun jaqa’ għand Zerafa li jispara xutt lejn il-lasta  li jkun imblukkat għal-korner mid-difensuri.

Keqi din id-darba ma jiżbaljax

Fil-25 minuta, Floriana marru fil-vantaġġ meta għal darboħra KRISTIAN KEQI reġa’ irċieva pass fit-tul iżda din id-darba ma jiżbaljax u jegħleb lil Cini għal Valletta 0, Floriana 1.

Sa l-aħħar minuti tal-ewwel taqsima ,wara l-gowl ta’ Keqi, l-azzjonijiet kienu ftit biex il-partita baqgħat bl-iskor ta’ 0-1 sa tmiem it taqsima.

Floriana jibdew l-aħjar fit-tieni taqsima

L-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima kienet għal Floriana meta mas-siegħa logħob Arias daħal fil-kaxxa bix-xutt tiegħu ikun imdawwar għal korner minn Ċini.

Arias jirdoppja l-iskor

Fit-73 minuta tista tgħid li Floriana kisbu dak li kien ħaqqhom meta rajna xogħol mil-isbaħ ta’ Busuttil li b’pass fit-tul sab lil JOSE ARIAS li jelgħeb lil Cini għat-tieni darba.

Joseph Zerafa kien muri t-tieni karta safra, u b’hekk safa mkeċċi fis-76 minuta meta wettaq foul li ma dehrx intenzjonat.

Doppjetta personali għal Keqi

Fis-87 minuta KRISTIAN KEQI għamilhom tlieta meta għal darboħra irċieva ballun ieħor mill-lisbaħ u minn-quddiem Cini skorja d-doppjetta personali mingħajr wisq difikulta.