Haley Bugeja skorjat is-sitt gowl tagħha ma’ Sassuolo meta kienet strumentali hekk kif skorjat il-gowl li tefa’ lil Sassuolo 3-2 fil-vantaġġ fuq Bari fil-61 minuta u ftit tal-ħin wara tat assist li wassal għar-raba’ gowl hekk kif Sassuolo kisbu rebħa ta’ 4-2.
Bugeja bdiet din il-partita fuq il-bank tas-sostituti u daħlet fil-bidu tat-tieni taqsima minflok Benedetta Brignoli. Bugeja ħalliet impatt mal-ewwel hekk kif minn pass fit-tul, daħlet fil-kaxxa, qabżet lill-gowlkiper u kkonkludiet f’ lasta vojta.
L-esperjenza ta’ Haley Bugeja s’issa fl-Italja kienet waħda mill-aqwa fejn qed tkun deskritta minn ħafna segwaċi tal-futbol femminili bħala ‘fenomenu’. Bugeja kienet ukoll strumentali fi-ż-żewġ rebħiet li ftit tal-jiem ilu, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb kontra l-Ġorġja u Iżrael, fejn skorjat hat-trick fir-rebħa ta’ 4-0 kontra l-Ġorġja u gowl ieħor fir-rebħa ta’ 2-0 kontra l-Iżrael.
//= $special ?>