Lokali

Illum Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-PN

Illum il-PN se jkun qed itella’ maratona ġbir ta’ fondi biex il-messaġġ tal-Partit ikompli jissaħħaħ.

F’kummenti fuq NET FM is-Segreatarju Ġenerali qal li min jagħti donazzjoni mhux biss ikun qed jgħin lill-Partit, iżda wkoll lil pajjiżna, b’Partit Nazzjonalista b’saħħtu ħalli jkun Gvern Alternattiv għall-Gvern Laburista preżenti.

Il-maratona għandha tibda fis-2pm u tibqa’ għaddejja sal-11pm. Il-maratona se tkun qed tixxandar fuq NET TV, NET FM u anki fuq il-paġna ta’ facebook tal-PN.

Sabiex wieħed jagħti donazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq:
€10 – 51602003
€25 – 51802011
€50 – 51902050

Wieħed jista’ jagħti donazzjoni ta’ €6.99 permezz ta’ SMS fuq 50618928 jew billi jidħol fuq www.pn.org.mt/donazzjoni

https://www.facebook.com/partitnazzjonalista/posts/5076882075685841