Lokali

Inkunu t-tama għal pajjiżna

Jitkellmu llum żewġ kandidati għall-elezzjoni ġenerali f'isem il-PN

Irridu naħdmu flimkien biex inkunu t-tama u mill-ġdid l-għażla naturali tan-nies dan kien il-messaġġ minn żewġ kandidati li se jkunu qed jikkonestaw għall-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-PN u li waslu id-diskors tagħhom tul attività  li ttellat il-Ħadd filgħodu fid-Dar Ċentrali.

Fid-diskors tiegħu David Pace Ross tkellem fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, li bħalissa tinsab mikula minħabba n-nuqqasijiet tal-Gvern.

Huwa qal li l-ħarsien tar-reputazzjoni jiddependi minna lkoll, fejn bħala poplu ma rridux naċċettaw il-koruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

Tul l-attività tkellem ukoll il-kandidat Alexander Mangion fejn tenna li jixtieq jgħix f’pajjiż li t-talent uman ikun fiċ-ċentru… u li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna tkun waħda denja għal dan in-nazzjon.

Huwa għalaq billi qal li bħala pajjiż għandna nħarsu lejn il-ħiliet ta’ kull persuna, u nħaddnu magħna dak li tassew itejjeb dak kollu li jagħmel lil dan il-pajjiż b’saħħtu.