Aktar kmieni waranofsinhar wasal lura f’pajjiżna ċ-champion tat-titlu superfeatherwegiht EBU, l-boxer Malti Haithem Laamouz fejn sab jistennewh l-membri tal-familja u ħbieb wara s-suċċess li kiseb internazzjonalment.

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija Laamouz sar champion tat-titlu superfeatherweight EBU meta fil-Palasantoro f’Ruma għeleb lill-boxer Taljan Mario Alfano bil-punti 115-113, 116-112, 116-112. Din kienet is-17 ir-rebħa ta’ Laamouz minn 18-il ġlieda. F’Ruma flimkien ma’ Laamouz kien hemm Demis Tonna u Mario Giordano.

Dan kien wieħed mill-aqwa suċċessi għall-isport Malti matul din is-sena kif ukoll għall-Federazzjoni Maltija tal-Boxing.
//= $special ?>