Milan fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali tagħhom Inter meta barra minn darhom għelbu lil Sampdoria 2-0. L-ewwel gowl wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ penalty skorjat minn FRANCK KESSIE, SAMUEL CASTILLEJO għamilhom 2-0 fis-77 minuta.
Napoli kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 barra minn darhom kontra Crotone. LORENZO INSIGNE fetaħ l-iskor wara 31 minuta, b’Crotone jispiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta fil-50 minuta tkeċċa Jacopo Petriccione. HRIVING LOZANO għamilhom 2-0 fit-58 minuta biex DIEGO DEMME skorja t-tielet gowl fis-76 minuta. Lejn it-tmiem ANDREA PETAGNA skorja r-raba’ gowl għal Napoli.
F’partita oħra bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika, Roma u Sassuolo temmew fi draw ta’ 0-0.
SERIE A
Ilbieraħ: Spezia v Lazio 1-2, Juventus v Torino 2-1, Inter v Bologna 3-1 Illum: Verona v Cagliari 1-1, Parma v Benevento 0-0, Roma v Sassuolo 0-0, Udinese v Atalanta posp., Crotone v Napoli 0-4, Sampdoria v Milan 1-2 Għada: Fiorentina v Genoa 8.45pm