L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball kienet kostretta tħassar il-partiti kollha sekdati għal-lum il-Ħadd mill-Kampjonat BOV tal-Irġiel wara li kien hemm għadd ta’ każijiet pożittivi ta’ coronavirus.
Il-partiti skedati kienu dawk bejn Mellieħa Libertas Spalding u Depiro kif ukoll BUPA Luxol u Gżira Athleta. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball qed issegwi b’mod strett il-miżuri kollha b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus waqt il-logħbiet tagħha.
//= $special ?>