Fis-Sala tad-Dar Ċentrali, b’xandira diretta fuq Net Television, Net FM u Facebook, bhalissa għaddejja Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-ħidma ma taqta’ xejn li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista.
Waqt din il-maratona kien intervistat il-Kap tal-PN Bernard Grech li tkellem dwar l-importanza tat-tiġdid, it-tibdil, l-avvanz u tisħiħ tal-partit, bl-għajnuna tan-nies. Hu saħaq li “meta jdoqqu t-telefons il-partit ikun qed itejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu u jkun jista’ jissaħħaħ biex ikun Gvern alternattiv.”
Bernard Grech semma l-importanza li l-partit ikollu fih nies ġodda li flimkien ma dawk preżenti jaħdmu biex isaħħu l-partit għaliex b’dan il-mod biss il-Partit Nazzjonalista jista’ jsir aħjar. “Dan il-pajjiż jista’ jsalva jekk inthom twieġbu għas-sejħa biex nagħmlu l-partit aktar b’saħħtu.”
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-proposti li qed jagħmel il-PN f’diversi liġijiet li direttament joltqu lil kull ċittadin Malti u Għawdxi. Bernard Grech qal li “ir-realtajiet u tbatijiet tan-nies qed nitkellmu fuqhom, qed insibu mezz kif intejbu l-ħajja tan-nies.”

Għal din l-okkażjoni, tħejjew logħob u divertiment li żgur se jogħġbu lill-membri kollha tal-familja waqt ix-xandira li bdiet fis-2:30pm u se tibqa’ għaddejja sal-11pm.
//= $special ?>