“Is-sitwazzjoni tal-Covid hi stabbli u taħt kontroll. U qed ngħixu n-normalità”.
Hekk qal dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela meta ndirizza lill-partitarji Laburisti fil-każin ta’ Marsaxlokk, fejn fost l-oħrajn attakka b’mod partiġġjan il-proposti tal-PN dwar il-Covid – inkluż il-bżonn li bħala pajjiż ikollna strateġija dwar il-vaċċin. U rrefera għall-Maltin bħala “il-poplu tal-George Cross”.
Fid-diskors tiegħu, Abela qal li hemm bżonn aktar dixxiplina min-nies. U insista li f’Jannar mhux se jitneħħew ir-restrizzjonijiet.
F’diskors ta’ kważi siegħa, Robert Abela ma lissen xejn dwar id-deċiżjoni tal-Qorti li kkundannat ix-xhieda ta’ Ian Borg bħala “xhieda li ma titwemminx”. Lanqas ma tkellem dwar il-famuża wegħda tal-ġurnata leave illi issa l-ħaddiema mhux se jkunu qed jingħataw.

Fl-aħħar tal-attività, il-Prim Ministru semma’ lis-sidien tal-bars u l-każini iżda ma preżenta ebda proposti għal dawn in-negozji. Qal biss “nagħmlilhom kuraġġ”, filwaqt li rrepeta diversi drabi li hu kburi.