Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’Ħal Kirkop

Raġel mill-Pakistan ta’ 31 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku, f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq L-ewwel Titjira 1915.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma li kien qed isuq mutur Kymco Agility ħabat ma`karozza Suzuki Vitara misjuqa minn mara ta’ 47 sena, residenti Birkirkara.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn aktar tard ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.