Fi tmiem il-ġimgħa ntlagħbet l-ewwel MTBA Autumn Cup fejn f’format relattivament ġdid, Sara Xuereb u Dwayne Zahra ħarġu rebbieħa fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
Fil-finali, Sara Xuereb lagħbet kontra Tiziana Carannante fejn rebħet iż-żewġ logħbiet 215-192, 256-167, biex ħarġet rebbieħa tal-kategorija femminili.
Dwayne Zahra fil-finali lagħab kontra Nicholas Muscat fejn Zahra wara li rebaħ l-ewwel logħba 218-189 rebaħ it-tieni logħba b’vantaġġ komdu ta’ 194-145 biex b’hekk rebaħ il-kategorija tal-irġiel.
//= $special ?>