Formula 1 Sport

Sergio Perez jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-karriera

(Ritratt: EPA)

Sergio Perez rebaħ l-ewwel Grand Prix tal-karriera meta fil-Bahrian għeleb l-isfida tal-Franċiż Esteban Ocon li temm fl-ewwel post. Lance Stroll temm fit-tielet post u kien segwit minn Carlos Sainz b’Daniel Ricciardo jtemm fil-ħames post. Alexander Albon u Dannil Kvyat temmew fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament filwaqt li s-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas temm fit-tmien post, minkejja li kien għal tul ta’ ħin fuq quddiem nett.

Bottas kellu jidħol fil-Pit Stop lejn it-tmiem minħabba li kellu ħsara fir-roti. Is-sewwieq li kien qed isuq minflok Lewis Hamilton, George Russell temm fid-disa’ post, b’Hamilton ikun nieqes għal dan il-Grand Prix wara li marad bil-coronavirus. Fl-għaxar post temm Lando Norris. Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc ma temmx il-Grand prix wara inċident fil-bidu tat-tellieqa fejn kien involut ukoll is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen.

Kif temmew: 1 S. Perez    1:31:15, 2 E. Ocon    +10.518, 3 L. Stroll   +11.869, 4 C. Sainz   +12.580, 5 D. Ricciardo      +13.330, 6 A. Albon  +13.842, 7 D. Kvyat  +14.534, 8 V. Bottas  +15.389, 9 G. Russell +18.556, 10 L. Norris +19.541, 11 P. Gasly +20.527, 12 S. Vettel +22.611, 13 A. Giovinazzi   +24.111, 14 K. Raikkonen   +26.153, 15 K. Magnussen  +32.370, 16 J. Aitken +33.674, 17 P. Fittipaldi      +36.858, Ma temmewx: N. Latifi, M. Verstappen, C. Leclerc