Lokali

SURVEY: Ikompli jikber in-numru ta’ votanti indeċiżi

L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday jindika li kompla jikber l-ammont ta’ persuni li fl-elezzjoni li jmiss ma jafux lil min se jivvutaw. Fil-fatt, kważi kwart tal-elettorat – 75,000 persuna – ma jafux lil liema partit jivvutaw kieku jkollha tissejjaħ elezzjoni ġenerali.

Skont id-data miġbura, 42 fil-mija taż-żgħażagħ għadhom indeċiżi.

Is-survey ippublikat illum juri wkoll li l-Prim Ministru Robert Abela naqqas marġinalment l-appoġġ popolari. Dan filwaqt li d-distakk bejn Abela u l-Kap tal-PN Bernard Grech ċkien bi ftit.

Il-PN qed juri li qed jissaħħaħ, b’mod partikolari fir-reġjun Northern Harbour u fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.