Futbol Sport

Tkompli l-vena pożittiva ta’ Birkirkara

(Ritratt: Trevor Sollars)

Luke Micallef

SENGLEA ATHLETIC…………………. 1

BIRKIRKARA…………………. 2

Senglea: M. Farrugia, N. Terzin, Z. Cassar, A. Abela (L. Brincat 56’), K. Atkinson, I. Misan, L. Riascos, A. Scicluna, D. Kukic, D. Xuereb (R. Martin 68’), W. Gomes

Birkirkara: S. Guarnone, Y. Yankam, L. Montebello, R. Briffa, K. Zammit, F. Falcone (F. Verde 71’), C. Attard, C. Bonanni, C. Prado, O. Carniello, A. Da Paixao (P. Mbong 43’)

Imwissija: G. Wilkerson 24’ (S), L. Riascos 26’ (S), A. Abela 48’ (S), A. Scicluna 60’ (S), C. Prado 65’ (B), P. Mbong 85’ (B), M. Farrugia 87’ (S)

Imkeċċija: A. Scicluna 86’ (S), P. Mbong 86’ (B)

Skorjaw: Y. Yankam 40’ (B), C. Bonanni 49’ (B), K. Atkinson 75’ (S)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Claudio Bonanni (Birkirkara)

BOV Plejer tal-logħba: Yannick Yankam (Birkirkara)

L-aħħar partita bejn dawn iż-żewġ timijiet kien fl-istaġun li għadda, propju f’Jannar meta ż-żewġ timijiet kienu ħarġu b’punt f’idhom wara dro’ ta’ 1-1. Il-partita ta’ llum kienet storja oħra hekk kif Birkirkara faċilment ħadu t-tliet punti meritatament. Huma kienu ġejjin minn żewġ rebħiet identiċi bl-iskor ta’ 3-0 kontra Gudja u Tarxien. Is-Sengleani min-naħa tagħhom ġejjin minn telfa kontra Mosta u dro’ kontra Balzan.

Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota li waslet fis-16-il minuta, Yannick Yankam għal Birkirkara ra x-xutt ċentrali tiegħu milqugħ faċilment minn Matthew Farrugia. Erba’ minuta wara reġgħu kienu l-Karkariżi b’xutt ta’ Caio Prado minn tarf il-kaxxa li spara għoli. Ħames minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima l-istripes marru fil-vantaġġ. Farrugia laqa’ x-xutt ta’ Alex Da Paixao, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Prado li għadda lil YANNICK YANKAM u b’xutt ċentrali għeleb lil Farrugia u fetaħ l-iskor.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-Karkariżi rdoppjaw. Minn freekick li nkariga minnu CLAUDIO BONANNI, b’xutt pinġut fil-baxx fir-rokna tax-xibka għeleb lil Farrugia u ta vantaġġ doppju. Fil-75 minuta Senglea naqqsu l-iskor. KEVAUGHN ATKINSON irċieva mingħand Wilkerson, irnexxielu jgħaddi minn ma’ difensur u l-gowler ta’ Birkirkara, u f’lasta vojta xeħet fix-xibka. Fl-aħħar għaxar minuti t-tim Senglea kompla jagħfas iżda l-isforzi tagħhom ma wasslu għall-ebda gowl.

B’hekk Birkirkara issa laħqu lil Valletta bi tlettax-il punt fit-tmien post filwaqt li Senglea Athletic jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b’żewġ punti biss minn għaxar logħbiet.