Is Sibt li ghadda ġiet organizzata attività nobbli bit-tema ‘Agħti Rigal Festiv Mhux tas-Soltu – Agħti d-Demm’. Attività organizzata mill-preżentatur tal-programm ‘Marċi u Bandalori’ Joe Chetcuti.
Din l-attività kienet marbuta wkoll ma’ l-attvitajiet imħejjija fl-okkażżjoni ta’ għeluq l-20 sena ta’ dan il-programm ‘Marċi u Bandalori’ fuq Net FM, liema 20 sena se jkunu mfakkra fl-ewwel Ħadd tax xahar ta’ April tas-sena id-diehla 2021.
Joe Chetcuti qal illi din l-attività riedha tkun miftuħa għall-Għaqdiet kollha tal-Baned f’Malta u Għawdex, attività illi ta’ minn ifaħħarha għax tikkonsisti fl-akbar rigal illi wieħed jista’ jagħti lil ħaddieħor u dan huwa ġest mhux biss nobbli, imma ġest mill-aktar ġeneruż illi wieħed jista’ jagħti b’risq iċ-ċittadini, il-komunità u il-proxxmu tiegħu kollu.
Hu qal li kif il-Baned xogħolhom huwa illi jagħtu gost u jferħu u jallegraw lill poplu tagħna bid-daqq sabiħ u ħlejju tagħhom, liema gost u pjaċir huma jagħtu senza interessi, din id-darba qed jagħtu lill poplu tagħna xi ħaġa ferm aktar prezzjuża u ta’ valur li m’ghandux prezz, u li qed jingħata wkoll b’xejn mill qalb. Din l-għotja mhix tingħata lill-ħbieb, imma qed tingħata lil kull minn jiġi bżonn id-demm, hu minn hu u hi minn hi, mingħajr ebda distinzjoni jew kulur hekk sostna Joe Chetcuti.
Fi tmiem il Maratona Joe Chetcuti irringrazzja u lil Tony Micallef miċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm u l-Istaff kollhu għall-koperazzjoni tagħhom. U anke rringrazzja lil Karl Gouder u il-media kollha tal-Partit Nazzjonalista għall-ispajżu li taw lil din l-attivita.
Joe Chetcuti qal ukoll li din l-attività se jibqa’ jorganizzaha kull sena.
//= $special ?>