Lokali Parlament

Appell biex deputati jaddottaw dokumenti dwar il-lokalitajiet mill-Arkivji Nazzjonali Notarili

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex kull deputat jaddotta dokument dar il-lokal li hu ġej minnu mill-Arkivji Nazzjonali Notarli biex b’hekk jgħin biex il-memorja kollettiva tal-poplu Malti tkun konservata.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li kien hemm numru ta’ nutara li kienu qed jabbużaw billi flok jgħaddu l-flus lill-Gvern huma jżommuhom għandhom. Hu qal li fl-2011 saret riforma kbira dwar il-Liġi tan-Nutara biex issa qed jerġa’ jkun hemm titjieb fuq dawk ir-riformi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pofessjoni notarili kienet salvata fl-2011 biex issaħħet id-dinjità ta’ din ilprofessjoni. Id-deputat nazzjonaloista qal li hu jaf b’żewġ każi li persuni għamlu suwiċidju minħabba li kienu ngannati min-nutar.

Hu tkellem dwar l-Arkivji Notarili u qal li kull Gvern ipprova jirranġa s-istwazzjoni għaliex hemm enormità ta’ informazzjoni dwar kif żviluppat is-soċjetà Maltija tul is-sekli.

Jason Azzopardi kompla li hu kien addotta dokument dwar il-fondazzjoni ta’ Raħal Ġdid u appella biex kull deputat jadotta dokument tal-arkivji notarili; liema dokumenti huma miżmuma b’tant għożża mill-arkvisti. Din hi l-memorja nazzjonali tal-pajjiż, sostna Jason Azzopardi.