Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 139 każ ġdid – ifiqu 101

4 vittmi oħra tal-pandemija

Tissokta l-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna kawża tal-imxija insistenti tal-Covid-19 bl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru jaraw żieda ta’ 786.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 139 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi 2,011.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 10,876.

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn fiequ 101 sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 8,497.

Skont kif maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa mis-97 każ mħabbar tul il-jum tal-Ħadd; 26 persuna li kienu qraba ta’ oħrajn li kienu ttestjaw pożittiv, 4 każi minn fuq il-pos tax-xogħol u 5 każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.

Dan ifisser li 62 mill-każi mħabbra ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min setgħu ġew infettati.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 155 wara li f’temp ta’ ġimgħa tilfu ħajjithom kawża tal-virus 18-il persuna – b’żieda ta’ 4 vittmi fl-aħħar 24 siegħa.