Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 4 vittmi oħra tal-pandemija

Hekk kif illum jimmarka proprju 9 xhur minn meta bdiet tinxtered fi xtutna l-pandemija tal-Covid-19, il-vittmi żdiedu għal 155 wara li fl-aħħar 24 siegħa, sfortunatament, tħabbru 4 vittmi oħra.

Kif imħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa huma 3 irġiel u mara l-aħħar vittmi tal-virus qerriedi. Fl-ewwel każ, raġel ta’ 76 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid fl-4 ta’ Ottubru, tilef ħajtu l-Ġimgħa… fl-4 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, mara ta’ 83 sena ttestjat pożittiv għall-virus fid-19 ta’ Novembru u tilfet ħajjitha tul il-jum tal-Ħadd fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, raġel ta’ 76 sena li ttestja pożittiv għall-virus fil-21 ta’ Novembru u miet it-Tnejn filgħodu fl-isptar Mater Dei filwaqt li fir-raba każ, anzjan ta’ 83 sena li kien ittestjat pożittiv fit-28 ta’ Novembru u tilef ħajtu t-Tnejn filgħodu wkoll fl-Isptar Mater Dei.