Lokali

“Dan huwa ndħil fil-kisba għall-verità” – Bernard Grech

“Kontinwità fil-veru sens tal-kelma. Dan huwa ndħil fil-kisba għall-verità”.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-aħħar ħinijiet pubblikament b’reazzjoni għad-dikjarazzjoni li wettaq il-Prim Ministru Robert Abela meta mistoqsi mill-ġurnalisti fejn insista li l-inkjesta pubblika ngħatat żmien biżżejjed u li skontu tul il-ġimgħa d-dieħla għandha tasal fi tmiemha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li Abela reġa’ xeħet pressjoni fuq il-bord tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Bernard Grech staqsa għalfejn Robert Abela għandu ċertu għaġġla sabiex din l-inkjesta tintemm. Għaldaqstant Bernard Grech insista li l-fatti juru li jridu jfixklu dan il-proċess.

Huwa insista li l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ikkritika lill-inkjesta u Robert Abela jridha tintemm malajr kemm jista’ jkun…”Kontinwità fil-veru sens tal-kelma”.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1027202184457753?cft[0]=AZVnz3It8FuRzgZ42Zq7I0YjlV35S1-nO-tWICBl3GmcrILoSBc1KIB5G7xvbBLobP7jw-NlEUKAm6y1o-5NAOyEp8zSCOBXFDhBmO-zlEoORC9LbvV70fieXv9uSa0yCVJow-YWKgSepEoVjpEHOHDO&tn=%2CO%2CP-R