Jekk l-Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha ghat-tilqima kontra l-virus tal-Covid-19, Malta għandha tibda l-proċess ta’ tilqim minn Jannar. Pajjiżna fil-fatt jinsab fil-lista ta’ pajjiżi Ewropej li se jkun qed jixtri l-vaċċin mingħand Pfizer/Biontech u Moderna.
L-ewwel grupp ta’ persuni li se jkunu qed jitlaqqmu bl-ewwel doża, aktarx f’Jannar, se jkunu jinkludu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa pubblika u fil-privat… biex fi Frar jingħataw il-vaċċin il-frontliners kollha u l-anzjani ta’ aktar minn 85 sena.
Wara, ikun imiss dawk kollha b’mard kroniku, kif ukoll ħaddiema fl-iskejjel u c-child care centres… u l-anzjani minn 70 sena il fuq…. biex fil-grupp li jmiss imbghad jitlaqqam kull min għandu aktar minn 55 sena.
Il-kumplament tal-pubbliku jitlaqqam wara dawn kollha.
Dan kollu jseħħ wara li l-Aġenzija Ewropea tati l-kunsens tagħha għat-tilqima.
Kull persuna trid titlaqqam b’żewġ dożi sabiex il-vaċċin ikun effettiv.
Il-vaċċini jridu jinħaznu b’mod metikoluż ħafna… f’temperatura ta’ aktar minn 70 grad taħt iz-zero. U huwa kruċjali li t-tilqima tinzamm f’din it-temperatura mill-pruduzzjoni sal-mument li tingħata.
//= $special ?>