Għall-ħabta ta’ xid-9.00am, inqabdu għadd ta’ klandestini abbord vapur li jinsab marbut fil-Port Ħieles. Aktar tard sar magħruf li kienu 8 l-immigranti abbord.
Jidher li dawn telgħu fuq il-vapur bil-moħbi mill-port tal-Marokk vaqt li kien fi triqtu bejn Spanja u Malta. Sa issa mhux magħruf jekk il-klandestini humiex ta’ nazzjonalit Marokkina.
Intant issa sar magħruf li l-persuni ma tniżżlux minn abbord il-vapur li mhuwiex reġistrat Malta u għaldaqstant l-awtoritajiet Maltin m’għandhom jedd fuqu.
Il-Kaptan kien qed jinsisti li l-immigranti jitniżżlu immedjatament minn fuq il-vapur, iżda issa huwa obbligat iżommhom abbord u l-liġi marittima titlob li jerġa’ jeħodhom lura fil-port minn fejn telgħu abbord.
//= $special ?>