Aktar kmieni llum għall-ħabta tal3.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ġuvni ta’ 27 sena li joqgħod l-Għarb, inqaleb bit-tractor waqt li kien l-għalqa.
Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofriminn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>