Raġel ‘homeless’ inżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati tal-pussess ta’ mowbajl misruq. Omar Emara ta’ 23 sena deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat li kellu fil-pusses tiegħu oġġetti misruqa wara li nstab smartphone ta’ €300 Huwawei misruq fil-pussess tiegħu.
L-Ispettur Andy Rotin mill-Għassa tal-Ħamrun qal lill-Qorti li r-raġel kien iddikjara li xtara l-oġġett mingħand parti terza, li kien identifika lill-Pulizija. It-telefon ingħata lura lis-sid leġittimu tiegħu.
Emara, li qal lill-Qorti li jaħdem bħala fattiga, ġie arrestat wara li allegatament waddab xi ġebel fuq propjetà privata u nstab it-telefon misruq fil-pussess tiegħu.
Huwa ġie akkużat li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u li għamel dan wara li nstab ħati li fil-passat kien wettaq reati simili. L-avukat ta’ Emara, Simon Micallef Stafrace qal li l-klijent tiegħu mhux ħati u talab il-libertà proviżorja.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest billi rrimarkat li r-raġel kien qed jitlob li joqgħod f’ħostel iżda jerġa jispiċċa fit-triq ladarba jispiċċa bla-flus.
I
l-Maġistrat Mifsud, waqt li nnota li r-raġel ma kellu fejn jgħix, offra li jpoġġi lir-raġel f’kuntatt ma’ diversi organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinuh, permezz tal-ħabs. It-talba għal libertà proviżorja ġiet miċħuda.
//= $special ?>