Il-Prim Ministru Robert Abela, quddiem zieda fin-numru ta’ fatalitajiet f’pajjizna kagun tal-Coronavirus, qed jibqa’ jgħid li qed ngħixu f’normalità.
Diska li ilu jdoqq mill-bidu tal-pandemija u li qed tkompli tnissel rabja fost il-pubbliku li jisimgħu jitkellem hekk.
Rabja li kienet evidenti anke fil-kummenti fuq Facebook wara li Net News irrapporta kliem Robert Abela f’Marsaxlokk.
“Jekk din normalità għax qed tgħidilna li ma nistgħux niċċelebraw il-Milied mal-qraba tagħhna…”
“Tlift lil missieri bil-covid… miet waħdu qisu annimal… din normalità”



Ħafna semmew in-nuqqas ta’ normalità fid-diversi oqsma… bħal per ezempju r-realta’ tas-sidien tal-barijiet u negozji oħrajn.

…inkluz dawk li jaħdmu fis-setturi marbuta mat-turiżmu.

Ma naqsux ir-referenzi lejn in-numru ta’ każi fost dawk l-aktar vulnerabbli, bħall-anzjani tagħna u għall-fatt li qed ngħixu ħajjitna lebsin maskra.


Żgur li mhix normalità għal min tilef xogħlu… kien hemm min kiteb, u oħrajn esprimew it-tama li jsiru l-festi… la din normlalità.


Bosta kienu dawk li qalu li l-Prim Ministru mhux qed jgħix fl-istess pajjiż bħalna… filwaqt li oħrajn qalu li kliem il-Prim Ministru hu insensittiv.

Aktar w’aktar għal min tilef lil qrabatu kawża tal-virus, u għal min qed jagħti saħħtu fil-ġlieda kontra l-Covid… il-frontliners, li sa minn Marzu qed jgħixu kollox minbarra n-normalità.
//= $special ?>