Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-imġieba tal-Ministru Ian Borg fil-konfront tal-ġurnalista ta’ Media.Link Communications Christine Amaira u jesprimi solidarjeta’ magħha.
L-imġieba tal-Ministru Ian Borg turi biċ-ċar li għal dan il-Gvern xejn mhu xejn u saħansitra ma jiddejjaq xejn jattakka bl-aktar mod miftuħ membru tal-istampa filwaqt li jipprova jumiljaha billi jgħidilha li għandha titkeċċa minn xogħolha.
Ian Borg għadu ma fehemx li l-ġurnalisti huma pilastru tad-demokrazja u għaliex għandhom id-dritt li jagħmlu xogħolhom għandu jiddefendihom u mhux jattakahom. Dan hu aktar u aktar serju fid-dawl li nqatlet ġurnalista għaliex kienet qegħda tagħmel xogħolha.
Ikun ahjar jekk il-Ministru Ian Borg jerfa r-responsabbilita’ politika u jirriżenja wara li l-Qorti sabet li ma kienx kredibbli fix-xhieda tiegħu u allura li hu ħati li abbuża minn persuna vulnerabbli.
//= $special ?>