Fis-6.00pm se jittellgħu l-poloz għall-fażi preliminari tat-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar.
It-tim nazzjonali Malti li temm fit-tieni post fi Grupp D1 tal-UEFA Nations League b’disa’ punti se jkunu f’Pot 6 flimkien mal-Moldova, Liechtenstein, Ġibiltà u San Marino. It-tim Malti taħt it-tmexxija ta’ Devis Mangia avvanza 10 postijiet fir-ranking tal-FIFA bejn Ottubru u Novemberu ta’ din is-sena. It-timijiet se jkunu qed jittellgħu minn kull pot bl-ordni ta’ kif jitilgħu jitpoġġew fil-grupp rispettiv.
L-40 tim tal-UEFA se jkunu mqassma hekk:
Pot 1: Belġju, Franza, Ingilterra, Portugall, Spanja, Italja, Kroazja, Danimarka, Ġermanja u l-Olanda
Pot 2: Żvizzera, Wales, Polonja, Żvezja, Awstrija, Ukranja, Serbja, Turkija, Slovakkja u Rumanija
Pot 3: Russja, Ungerija, Irlanda, Repubblika Ċeka, Norveġja, Irlanda ta’ Fuq, Iżlanda, Skozzja, Greċja, Fillandja
Pot 4: Bosnija, Slovenja, Montenegro, Maċedonja, Albanija, Bulgarija, Iżrael, Belarus, Ġorġja, Lussemburgu
Pot 5: Armenja, Ċipru, Gżejjer Faroe, Azerbaijan, Estonja, Kossovo, Kazakhstan, Litwanja, Latvja, Andorra
Pot 6: Moldova, Liechtenstein, Ġibiltà, Malta, San Marino
//= $special ?>