Deputati tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista appellaw lill-gvern biex tibda kampanja edukattvia qawwija dwar l-importanza li l-poplu jieħu l-vaċċin tal-COVID.
Din il-pożizzjoni kienet espressa minn diversi deputati Nazzjonalisti b’reazzjoni għal stqarrija ministerjali tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar il-COVID u l-vaċċin li se jasal f’Malta f’Jannar.
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-PN jilqa’ l-aħbar li l-vaċċin li żviluppa f’inqas minn sena mill-ewwel każ tal-pandemija f’Malta, il-poplu se jkollu t-tilqima. Hu sostna li l-vaċċin hu għodda importanti fil-ġlieda kontra l-COVID u għalhekk hemm bżonn li l-poplu jkompli jsegwi l-miżuri li toħroġ is-Saħħa Pubblika biex ikun hemm inqas imwiet waqt li l-isptar ilaħħqu mas-sitwazzjoni.
Il-vaċċin hu importanti u parti essenzjali fil-kontroll tal-pandemija, il-gvern għandu jagħmel iktar sforz biex il-COVID tkun kontrollata sakemm din tingħeleb. Hu staqsa dwar is-sitwazzjoni tat-trasport tal-vaċċin minħabba l-loġistika mhix faċli minħabba t-trasport f’temperaturi baxxi ħafna; għalhekk il-prodott irid jasal fi kwalità u standards kif jispeċifika l-manifattur. Tajjeb li l-ewwel ikunu mlaqqma l-vulnerabbli u l-anzjani biex dawn jirreżistu dan il-virus meta huam f’riskju.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa kif se jkun assigurat li jkun hemm programm ta’ tilqim għall-poplazzjoni li taqbeż ċertu persentaġġ. Jeħtieġ ikun hemm kampanja ta’ edukazzjoni biex il-poplu jieħu l-vaċċin, sostna Stephen Spiteri, li staqsa jekk il-gvern għandux dritt jagħżel l-aħjar vaċċin għall-popolazzjoni fl-iqsar ħin. Ma rridx inkun prużuntuż li ngħid li rbaħna l-pandemija għaliex fadlilna ġimgħat u xhur, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li f’Jannar u Frar ikun hawn l-influwenza b’mod iktar qawwi u staqsa għal aġġornament tal-gvern f’dan ir-rigward u fil-kuntest tal-COVID. Hu staqsa wkoll l-aspett teknoloġika dwar ir-rispons min-naħa tal-gvern dwar l-ismart phones marbut mal-pandemija u dwar l-implikazzjonijiet ta’ sigurtà ta’ data.
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa dwar l-istudenti u meta dawn se jingħataw il-vaċċin wara Frar, dwr il-prekawzjonijiet fi żmien il-vaganzi tal-Milied u l-laxkezza tar-regoli partikolarment fil-kjuwiet twal li jkun hemm għand ID Malta u fil-vened tak-karozzi tal-linja. Hu staqsa dwar l-isport u jekk hux se jkun hemm aġġornament tal-protokoll sportiv biex il-partitarji jkunu jistgħu jidħlu l-grounds.
Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara tkellmet dwar il-kampanja edukattiva meħtieġa biex il-poplu jieħu l-vaċċin u l-effetti li jista’ jkun hemm.
Id-deputat Nazzjonnalista Toni Bezzina staqsa x’ammonti ġejjin f’Jannar u fi Frar u meta ġejjin l-ammonti l-oħra tal-vaċċċin, meta hu previst li l-poplu kollu jkun ħa l-vaċċin u meta se jaslu l-vaċċini l-oħra tal-influwenza.
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone staqsa fejn se jitpoġġa l-vaċċin biex il-poplu ma jmurx f’daqqa, jekk hux se jkun hemm ċentri fejn jingħata l-vaċċin u jekk il-pandemija hu se tkun spiċċat wara Mejju, kif indika l-Prim Ministru.
Id-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa dwar l-herd immunity li hu ta’ 70% tal-popolazzjoni fejn ir-rata ta’ mortalità li l-ogħla fil-persuna ta’ ‘l fuq minn 80 sena u tinżel sa 55 sena u staqsa meta l-gvern se jolqot din is-sitwazzjoni. Hu staqsa x’isir fil-każi ta’ persuni li jirrifjutaw il-vaċċin u kif allura se jilħaq il-herd immunity.
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar staqsa jekk hux se jkun faċilitajiet biex l-Għawdxin jieħu t-tilqim f’Għawdex.
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis staqsa dwar il-kummenti li qal il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dwar l-approvazzjoni tal-vaċċin wara li l-awtorità regolatorja Brittaniku approvata l-ġimgħa l-oħra fi proċess kunsidrat mgħaġġel mill-Awtorità Mediċinali Ewropea.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Awtorità Mediċinali Ewropea (EMA) hi awtorità serja u għalhekk qed tieħu ż-żmien tagħha dwar l-awtorizzazzjoni tal-vaċċin. Hu kompla li hu kien staqsa għaliex l-Ingliżi taw l-approvazzjoni waqt li l-EMA se tapprova l-vaċċin fl-aħħar tax-xahar u r-risposta kienet li l-EMA qed tagħmel ix-xogħol bir-rettezza u serjetà. Il-gvern Malti lest jistenna tliet ġimgħat wara l-Ingilterra basta l-vaċċin ikun wieħed ta’ sigurtà. F’Għawdex se jkun hemm ċentru biex l-Għawdxin jitlaqqmu fih.
Il-Ministru Chris Fearne qal li fi ftit xhur il-poplu Malti kollu se jitlaqqam u se jkun hawn iktar dożi minn dak meħtieġ. Hu qal li ċ-ċentri tal-vaċċin se jinżammu maċ-ċentri ts-saħħa minħabba li t-temperaturi jridu jinżammu baxxi. Biex dan ikun assigurat kull kontenitur se jkollu GPS tracker biex ikun kontrollat fejn qed jinżamm. Dan flimkien ma’ kontroll tat-temperaturi.
Id-Deputat Prim Ministru sostna li r-rekord se jkunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati għall-persuni li jkunu ħadu t-tilqima.
//= $special ?>