Joe Ellis, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li jeħtieġ li jsiru riformi meħtieġa fir-reġistrazzjoni tal-propjetà għaliex din hi sistema antikwata li kienet riformata f’pajjiżi barranin.
Fil-parlament Joe Ellis qal li huma biss każi eċċezzjoni li fihom in-nutara abbużaw b’konsegwenzi gravi meta ma insinwawx il-kuntratti. Dan mhux aċċettabbli, sostna Joe Ellis, li appella biex l-atti li jkunu saru min-nutara ma jibqgħux jipprattikaw ma jibqgħux fil-pussess tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-reġistrazzjoni tal-propjetà hi waħda antika fejn biex isiru l-kuntratti jridu jsiru ħafna riċerki.
Joe Ellis kompla li nutar jista’ jirrifjuta li jieħu inkarigu ta’ xogħol iżda jrid ikun ikkunsidrat fliema stadju ta’ xogħol nutar jista’ jtemm l-ingaġġ tat-terminu tiegħu. Irid ikun speċifikat liema tariffa tkun implimentata. Il-liġi se tispeċifika wkoll li nutar jista’ jkun impjegat ma’ bank kummerċjali, qal Joe Ellis, li staqsa lejn min se tkun il-lealtà tan-nutara f’din iċ-ċirkostanza.
//= $special ?>