Lokali

Open Source Software ideali għal impjegati u start-ups lokali

Open Source Software (OSS) huwa softwer b’liċenzja li tippermetti lill-utenti jaċċessawħ u jimmodifikawħ. Ħafna proġetti ‘open source’ huma miżmuma fuq GitHub fejn tista’ taċċessa r-repożitorji u tinvolvi ruħek fil-komunità tal-proġett. Impjegati u start-ups imbagħad jużaw is-softwer għad-distribuzzjoni u xogħol kollaborattiv tagħhom. OSS qegħda taħt liċenzja speċifika li tagħmilha disponibbli għal kulħadd. Applikazzjoni ‘Open Source’ hija disponibbli liberament għax xejn ma jwaqqaf lill-iżviluppatur milli jitlob kopja tas-softwer u fl-istess ħin jippermetti r-ridistribuzzjoni tas-softwer u s-‘source code’ tiegħu.

Hemm ħafna tipi differenti ta’ proġetti ‘open source’, bħal libreriji ‘open source’, softwer jew ‘plug-ins’ iżda hemm element komuni fihom kollha: Softwer b’xejn. ‘Open Source’ softwer ma jfissirx neċessarjament li s-softwer huwa pprovdut mingħajr ħlas iżda l-aċċess għas-‘source code’ mhuwiex ristrett. Firefox, Chrome, OpenOffice, Linux u Android huma eżempji popolari ta’ softwer ‘open source’, filwaqt li Microsoft Windows probabbilment hija l-aktar sistema operattiva fejn is-sors huwa ristrett u popolari fis-suq illum. L-oppost tas-software “open source” huwa “closed software”, li għandu liċenzja li tirrestrinġi l-utenti u żżomm l-aċċess għas-‘source code’.

Linux huwa softwer ‘open source’ għaliex kulħadd jista’ jikseb kopja tas-‘source code’ b’xejn. GIMP huwa softwer li jintuża għall-manipulazzjoni tal-immaġni u għall-editjar tal-immaġni u huwa wieħed mill-aqwa għodod ‘open source’ fid-dinja u dan sar popolari għax huwa faċli ħafna biex tużaħ. Jagħmilha wkoll faċli biex toħloq grafika ġdida u elementi tad-disinn u tista’ tieħu l-affarijiet għal-livell li jmiss billi tniżżel ‘plug-ins’ maħluqa mill-komunità wiesgħa ta’ ‘open source’ ta’ GIMP. Il-mudell ta’ żvilupp ta’ ‘open source’ huwa l-proċess li l-komunità ta ‘open source’ tuża biex tiżviluppa s-softwer tagħha. Huwa ppubblikat bħala ‘source code’ li jista’ jaraħ u jista’ jiġi modifikat minn kulħadd u jista’ jiġi użatt b’xejn.

Pereżempju, is-sistema operattiva Android għandha verżjoni ‘hacked’ tal-Linux tagħha. Is-sistemi operattivi mobile u tad-desktop ta’ Apple huma t-tnejn ibbażati fuq OpenBSD, sistema operattiva ‘open source’ oriġinarjament maħruga minn BSD Unix. Hemm kollaborazzjoni miftuħa li tista’ twessa l-perspettiva tad-disinn għal firxa wiesgħa ta’ prodotti, minn apparat mobbli għal kompjuters desktop. Prattiċi ta’ ‘open source’ jistgħu jwasslu wkoll għal iffrankar sinifikanti, peress li ħafna offerti ta’ ‘open source’ li huma disponibbli għall-konsumaturi mingħajr ħlas jiddependu fuq ‘donation models’.

Kif rajna f’dan l-artiklu, ‘Open Source’ huwa mudell li jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq b’modi totalment ġodda u innovattivi. Dan il-mudell huwa eżempju perfett ta’ kollaborazzjoni aktar organika u naturali li tippromwovi t-tagħlim b’mod irħis.

Dan l-artiklu tħejja billi inġabru diversi sorsi ‘onlajn’ disponibbli pubblikament.

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt