Filwaqt li l-Istati Uniti qed tħejji għall-akbar impatt tal-coronavirus matul ix-xitwa, daħlet il-konferma li Rudy Giuliani, l-avukat personali tal-President Amerikan, Donald Trump, jinsab l-isptar għal trattament wara li testja pożittiv għall-coronavirus.
Giuliani, li għandu 76 sena, iddaħħal fl-Isptar ta’ Medstar Georgetown University f’Washington u minfejn bagħat messaġġ li jinstab stabbli u li qed jirkupra bil-mod mill-effetti tal-virus.
Rudy Giuliani u t-tim legali tiegħu qed imexxu r-rikorsi tal-President Trump biex jisfida r-riżultati tal-aħħar elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti li, effettivament, intrebħet mill-kandidat Demokratiku Joe Biden.
Dan meta Donald Trump, li kien marad bil-coronavirus f’Ottubru, u l-eqreb nies ta’ miegħu spiċċaw mira għall-kritika ħarxa wara li huma injoraw il-linji gwidi tas-sigurtà fost l-eqqel tal-pandemija.
//= $special ?>