Lokali

Vettura taqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs għal żona abbandunata fil-limiti tal-Girgenti

Mill-anqas persuna waħda aktarx weġġgħet wara li waqgħet bil-vettura b’kollox minn għoli ta’ madwar sular u nofs għal żona abbandunata qrib barriera fil-limiti tal-Girgenti.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30pm u fil-post issejħu immedjatament Pulizija, tim mediku b’Ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Mhux magħruf kemm kien hemm persuni fil-vettura, għalkemm rapporti qed jgħidu li l-persuna kienet waħedha.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu essenzjali biex il-persuna jew persuni, kif ukoll il-vettura setgħu jittellgħu lura fit-triq. Fl-istess waqt, mhux ċar lanqas jekk il-persuni jew persuni involuti weġġgħux.

Madankollu, it-tim mediku kien preżenti f’każ li kien hemm bżonn l-assistenza.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.